Publju fuq il-Gżejjer ta’ Pawlu

Poster maħruġ mill-Assoċjazzjoni Publju Ta’ Malta

L-Assoċjazzjoni Publju ta’ Malta hija għaqda volontarja li tieħu ħsieb iżżomm ħaj il-kult u d-devozzjoni lejn San Publju, Patrun u qaddis Malti, msemmi fil-Bibbja għall-ġenerożità u l-laqa’ li għamel lill-Appostlu tal-Ġnus.

Fi stqarrija l-Assoċjazzjoni qalet li din is-sena jaħbat l-1950 sena mill-martirju tal-appostlu missierna San Pawl, u l-ħames snin mit-twaqqif tal-Assoċjazzjoni Publju ta’ Malta. Biex tfakkar dan l-anniversarju fit-2 ta’ Lulju l-Assoċjazzjoni se tkun qed torganizza pellegrinaġġ, li jikkonsisti f’mawra fuq il-gżejjer ta’ San Pawl bl-istatwa ta’ San Publju. Hemmhekk se ssir il-ċelebrazzjoni tal-quddiesa.

L-idea nibtet sabiex permezz ta’ dawn il-qaddisin b’rabta intima aħna l-Maltin niftakru fl-għeruq tagħna tal-Kristjaneżmu immarkati bil-laqa’ ġeneruża li għamel Publju lil Pawlu, u allura lil Ġesù Kristu, li tiegħu bħal Pawlu aħna mistiedna nkunu xhieda.

L-Assoċjazzjoni qalet li din l-attività se tibda għall-ħabta tat-3.30pm f’San Pawl il-Baħar, permezz tal-laneċ u minn hemm jibda l-vjaġġ lejn il-gżejjer. Biex din tkun esperjenza sabiħa qed nistiednu wkoll lil dawk li għandhom dgħajjes biex jingħaqdu magħna akkumpanjati wkoll bi bnadar ta’ Malta sabiex isebbħu din l-attività. Lura Malta l-istatwa ser titmexxa f’purċissjoni qasira akkumpanjata mill-banda. l-attività tagħlaq bil-Barka Sagramentali.

Dawk interessati sabiex jibbukkjaw huma mistiedna jagħmlu dan permezz ta’ email lil publjumlt@gmail.com jew billiiċċemplu fuq 79059571, 79372709.

Tistgħu issegwu l-paġna tal-għaqda fuq Facebook: Assoċjazzjoni Publju ta’ Malta.

(Komplu skrolljaw sakemm issibu aġġornament ġdid maħruġ nhar il-Ħadd, it-2 ta’ Lulju, 2017)

UPDATE

Poster maħruġ mill-Assoċjazzjoni Publju Ta’ Malta
Advertisements

One thought on “Publju fuq il-Gżejjer ta’ Pawlu

  1. “Kontra qalbna ser ikollna nipposponu l-attività tal-lum għall-ġimgħa d-dieħla. Dan minħabba l-baħar qawwi ħafna li qed jimpedixxi lid-dgħajsa titrakka mal-moll b’kumdita. Nittamaw li bħal-lum ġimgħa t-temp ikun aħjar. Narawkom u niskużaw ruħna.”

    – Assoċazzjoni Publju Ta’ Malta

    Liked by 1 person

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s